20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi – il-Polonja) – Małgorzata Ciupa et vs II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi
(Kawża C-429/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Redundancies kollettivi - Direttiva 98/59/KE - Artikolu 1(1) u Artikolu 2 - Kunċett ta’ “redundancies” - Assimilazzjoni mar-redundancies ta’ “termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem” - Bidla unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni - Determinazzjoni tal-“intenzjoni” tal-persuna li timpjega li twettaq redundancies))
(2017/C 392/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Łodzi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Małgorzata Ciupa, Jolanta Deszczka, Ewa Kowalska, Anna Stańczyk, Marta Krzesińska, Marzena Musielak, Halina Kaźmierska, Joanna Siedlecka, Szymon Wiaderek, Izabela Grzegora.
Konvenuti: II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li bidla unilaterali, għad-detriment tal-ħaddiema, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni li, fil-każ ta’ rifjut tal-ħaddiem, twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tista’ titqies bħala “redundancy”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega għandha twettaq il-konsultazzjonijiet previsti f’dan l-aħħar artikolu meta hija tipprevedi li twettaq tali bidla unilaterali tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva jkunu ssodisfatti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.