14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) vs José Blanco Marqués
(Kawża C-431/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 12, 46a sa 46ċ - Benefiċċji tal-istess natura - Kunċett - Regola antikumulu - Kunċett - Kundizzjonijiet - Regola nazzjonali li tipprevedi suppliment ta’ pensjoni għall-inkapaċità permananti totali għall-ħaddiema tal-età ta’ 55 sena jew inqas - Sospensjoni tas-suppliment fil-każ ta’ impjieg jew ta’ kisba ta’ pensjoni tal-irtirar))
(2018/C 166/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
Konvenut: José Blanco Marqués
Dispożittiv
1)
Dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha s-suppliment ta’ pensjoni għall-inkapaċità permanenti totali huwa sospiż għall-perijodu li matulu l-benefiċjarju ta’ din il-pensjoni jirċievi pensjoni tal-irtirar fi Stat Membru ieħor jew fl-Isvizzera, tikkostitwixxi klawżola ta’ tnaqqis fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008.
2)
L-Artikolu 46a(3)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru” għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali mwettqa minn qorti nazzjonali suprema.
3)
Suppliment ta’ pensjoni għall-inkapaċità permanenti totali mogħti lil ħaddiem skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u pensjoni tal-irtirar miksuba minn dan l-istess ħaddiem fl-Isvizzera għandhom jiġu kkunsidrati li huma tal-istess natura fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008.
4)
L-Artikolu 46b(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament tal-Kunsill Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li regola nazzjonali antikumulu, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 6 tad-Decreto 1646/1972 para la aplicación de la ley 24/1972, de 21 de junio, en materia de prestaciones del Régimen General de la Seguridad Social (id-Digriet 1646/1972 li jimplementa l-Liġi 24/1972, tal-21 ta’ Ġunju 1972, dwar il-benefiċċji tas-sistema ġenerali ta’ sigurtà soċjali), tat-23 ta’ Ġunju 1972, ma tapplikax għal benefiċċju kkalkolat skont l-Artikolu 46(1)(a)(i) tal-imsemmi regolament meta dan il-benefiċċju ma jkunx indikat fil-Parti D tal-Anness IV tal-istess regolament.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy