4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Bayerische Motoren Werke AG vs Acacia Srl
(Kawża C-433/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Proprjetà intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikoli 81 u 82 - Azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni - Ġurisdizzjoni tat-tribunali tad-disinni Komunitarji tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikun iddomiċiljat))
(2017/C 293/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG
Konvenuta: Acacia Srl
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li eċċezzjoni bbażata fuq in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti adita, imqajma fl-ewwel att ta’ difiża b’mod sussidjarju fir-rigward ta’ eċċezzjonijiet proċedurali oħra mqajma fl-istess att, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita u għaldaqstant ma twassalx għal estensjoni ta’ ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ dan l-artikolu.
2)
L-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni msemmija fl-Artikolu 81(b) ta’ dan ir-regolament għandhom, meta l-konvenut ikun iddomiċiljat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, jiġu ppreżentati quddiem il-qrati tad-disinni Komunitarji ta’ dan l-Istat Membru, sakemm ma jkunx hemm estensjoni tal-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 23 jew 24 tar-Regolament Nru 44/2001, u dan suġġett għall-każijiet ta’ lis pendens u ta’ konnessjoni koperti mill-imsemmija regolamenti.
3)
Ir-regola ta’ ġurisdizzjoni ddikjarata fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 ma tapplikax għall-azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni msemmija fl-Artikolu 81(b) tar-Regolament Nru 6/2002.
4)
Ir-regola ta’ ġurisdizzjoni ddikjarata fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 ma tapplikax għal talbiet ta’ konstatazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti u ta’ kompetizzjoni żleali li jkunu konnessi ma’ azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni ta’ disinn Komunitarju sa fejn billi jintlaqgħu dawn it-talbiet ikun hemm presuppożizzjoni li tkun intlaqgħet din l-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni.
(1) ĠU C 410, 7.11.2016