26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Peter Nowak vs Data Protection Commissioner
(Kawża C-434/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “data personali” - Risposti bil-miktub mogħtija mill-kandidat waqt eżami professjonali - Korrezzjonijiet tal-eżaminatur marbuta ma’ dawn ir-risposti - Artikolu 12(a) u (b) - Portata tad-drittijiet ta’ aċċess u ta’ rettifika tal-persuna kkonċernata))
(2018/C 072/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Nowak
Konvenut: Data Protection Commissioner
Dispożittiv
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-risposti bil-miktub mogħtija minn kandidat waqt eżami professjonali u kwalunkwe kummenti tal-eżaminatur marbuta ma’ dawn ir-risposti, jikkostitwixxu data personali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 364, 03.10.2016