28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta l’Areios Pagos – il-Greċja) – Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias vs Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd
(Kawża C-436/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 23 - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Klawżola ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni inkluża f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji - Kawża għad-danni - Responsabbiltà in solidum tar-rappreżentanti ta’ waħda minn dawn il-kumpanniji għal fatti li jikkostitwixxu delitt - Invokabbiltà ta’ din il-klawżola mill-imsemmija rappreżentanti))
(2017/C 283/15)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Areios Pagos
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias
Konvenuti: Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd
Dispożittiv
L-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni inserita f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji ma tistax tiġi invokata mir-rappreżentanti ta’ waħda minnhom sabiex jikkontestaw il-ġurisdizzjoni ta’ qorti sabiex tisma’ kawża għad-danni maħsuba sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tagħhom in solidum għal atti li allegatament jikkostitwixxu delitt mwettqa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016