21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Genova – l-Italja) – Kerly Del Rosario Martinez Silva vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova
(Kawża C-449/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 3 - Benefiċċji tal-familja - Direttiva 2011/98/UE - Artikolu 12 - Dritt għall-ugwaljanza fit-trattament - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess uniku))
(2017/C 277/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Genova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Kerly Del Rosario Martinez Silva
Konvenuti: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova
Dispożittiv
L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha ċittadin ta’ pajjiż terz, li jkollu permess uniku, fis-sens tal-Artikoluż2(c) ta’ din id-direttiva, ma jistax jikseb benefiċċju bħall-allowance għan-nuklei familjari li għandhom tal-inqas tlett itfal minuri stabbilita mil-Legge n. 448 – Misure di finanza pubblica per la stabilizzazione e lo sviluppo (Liġi Nru 448, dwar miżuri ta’ finanza pubblika għall-istabbilizzazzjoni u għall-iżvilupp), tat-23 ta’ Diċembru 1998.
(1) ĠU C 410, 7.11.2016