Kawża C-451/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – MB vs Secretary of State for Work and Pensions (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 79/7/KEE — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Skema nazzjonali tal-pensjonijiet tal-Istat — Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-bidla fil-ġeneru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta dan ir-rikonoxximent għall-annullament ta’ żwieġ preċedenti għal din il-bidla fil-ġeneru — Rifjut li tingħata pensjoni tal-irtirar tal-Istat lil persuna li tkun biddlet il-ġeneru tagħha fl-età tal-irtirar għal persuni tal-ġeneru miksub — Diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess)
C2942018MT520120180626MT00065262
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – MB vs Secretary of State for Work and Pensions
(Kawża C-451/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 79/7/KEE — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Skema nazzjonali tal-pensjonijiet tal-Istat — Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-bidla fil-ġeneru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta dan ir-rikonoxximent għall-annullament ta’ żwieġ preċedenti għal din il-bidla fil-ġeneru — Rifjut li tingħata pensjoni tal-irtirar tal-Istat lil persuna li tkun biddlet il-ġeneru tagħha fl-età tal-irtirar għal persuni tal-ġeneru miksub — Diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess)”2018/C 294/06Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MB
Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tagħha, moqri flimkien mat-tielet inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tagħha u mal-Artikolu 7(1)(a) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li persuna li tkun biddlet il-ġeneru tissodisfa mhux biss kriterji fiżiċi, soċjali u psikoloġiċi, iżda wkoll il-kundizzjoni li ma tkunx miżżewġa ma’ persuna tal-ġeneru li hija tkun kisbet wara din il-bidla, sabiex tikkwalifika għal pensjoni tal-irtirar tal-Istat mill-età legali tal-bidu tal-irtirar ta’ persuni ta’ dan il-ġeneru miksub.
( 1 ) ĠU C 383, 17.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy