16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Krzysztof Marek Poltorak
(Kawża C-452/16 PPU) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “deċiżjoni ġudizzjarja” - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mir-Rikspolisstyrelsen (direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali, l-Isvezja) fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà)
(2017/C 014/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Konvenut: Krzysztof Marek Poltorak
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja”, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat 13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u dan l Artikolu 6(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ pulizija, bħar-Rikspolisstryrelsen (direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali, l-Isvezja), ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 6(1) b’tali mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza li tagħti piena li ċċaħħad il-libertà ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “deċiżjoni ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2009/299.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016
Full & Egal Universal Law Academy