18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/13
Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 – Global Steel Wire, SA (C-454/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-455/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-456/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-458/16 P) vs Il–Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-454/16 P – C-456/16 P u C-458/16 P) (1)
((Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Punt 35 - Kapaċità kontributtiva - Domanda ġdida għal tnaqqis tal-ammont tal-multa għall-assenza tal-kapaċità kontributtiva - Ittra ta’ ċaħda - Rikors kontra din l-ittra - Ammissibbiltà))
(2017/C 437/15)
Lingwa tal-proċedura: l–Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Global Steel Wire, SA (C-454/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-455/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-456/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-458/16 P) (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco u V. Romero Algarra, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
Moreda-Riviere Trefilerías SA, Trefilerías Quijano SA, Trenzas y Cables de Acero PSC SL huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.