18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/13
Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 – Global Steel Wire, SA (C-457/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-459/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-460/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-461/16 P) vs Il–Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-457/16 P u C-459/16 P – C-461/16 P) (1)
((Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji lill-kumpannija omm tagħhom - Kunċett ta’ “impriża” - Indizji tal-eżistenza ta’ unità ekonomika - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti - Suċċessjoni ta’ impriżi - Ammont tal-multa - Kapaċità kontributtiva - Kundizzjonijiet - Rispett tad-drittijiet tad-difiża))
(2017/C 437/16)
Lingwa tal-kawża: l–Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Global Steel Wire, SA (C-457/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-459/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-460/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-461/16 P) (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco u V. Romero Algarra, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn L. Ortiz Blanco u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
Global Steel Wire SA, Trenzas y Cables de Acero PSC SL, Trefilerías Quijano SA u Moreda-Riviere Trefilerías SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.