26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Bingen-Alzey vs Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG
(Kawża C-462/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90(1) - Tnaqqis fil-prezz fil-kundizzjonijiet iddeterminati mil-Istati Membri - Tnaqqis tal-ammont taxxabbli - Prinċipji ddefiniti fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs, (C-317/94, EU:C:1996:400) - Skontijiet mogħtija lill-fondi tal-assigurazzjoni għall-mard privati))
(2018/C 072/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Bingen-Alzey
Konvenuta: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG
Dispożittiv
Fid-dawl tal-prinċipji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94, EU:C:1996:400, punti 28 u 31), fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iskont mogħti, skont liġi nazzjonali, minn impriża faramċewtika lil impriża tal-assigurazzjoni għall-mard privata jwassal, fis-sens tal-imsemmi artikolu, għal tnaqqis tal-ammont taxxabbli favur din l-impriża farmaċewtika, meta kunsinni tal-prodotti farmaċewtiċi jsiru permezz ta’ bejjiegħa bl-ingrossa lil spiżeriji li jagħmlu dawn il-kunsinni lil persuni koperti minn assigurazzjoni għall-mard privata li tirrimborsa lill-assigurati tagħha l-prezz tax-xiri tal-prodotti farmaċewtiċi.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.