15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Growth Energy, Renewable Fuels Association, Il-Kummissjoni Ewropea, ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol
(Kawża C-465/16 P) (1)
(Appell - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 157/2013 - Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika - Dazju antidumping definittiv - Marġni ta’ dumping stabbilit fuq skala nazzjonali - Rikors għal annullament - Assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw produtturi mhux esportaturi u operaturi tas-suq/blenders - Locus standi - Inċidenza diretta - Inċidenza individwali)
(2019/C 139/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistita minn N. Tuominen, avocată)
Partijiet oħra fil-proċedura: Growth Energy, Renewable Fuels Association (rappreżentanti: P. Vander Schueren, advocaat, assistita minn N. Mizulin u M. Peristeraki, avocats), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avocats)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ġunju 2016, Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill (T-276/13, EU:T:2016:340), hija annullata, ħlief sa fejn ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Growth Energy u minn Renewable Fuels Association individwalment bħala partijiet ikkonċernati fil-proċedura.
2)
Ir-rikors għal annullament ta’ Growth Energy u ta’ Renewable Fuels Association huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huma ppreżentaw dan ir-rikors fil-kwalità tagħhom ta’ rappreżentanti tal-interessi tal-produtturi Amerikani tal-bijoetanol fil-kampjun.
3)
Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament ta’ Growth Energy u ta’ Renewable Fuels Association sa fejn dawn ippreżentaw dan ir-rikors fil-kwalità tagħhom ta’ rappreżentanti tal-interessi tal-operaturi tas-suq/blenders Murex u CHS.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy