15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Marquis Energy LLC, Il-Kummissjoni Ewropea, ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol
(Kawża C-466/16 P) (1)
(Appell - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 157/2013 - Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika - Dazju antidumping definittiv - Marġni ta’ dumping stabbilit fuq skala nazzjonali - Rikors għal annullament - Produttur mhux esportatur - Locus standi - Inċidenza diretta)
(2019/C 139/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistita minn N. Tuominen, avocată)
Partijiet oħra fil-proċedura: Marquis Energy LLC (rappreżentanti: P. Vander Schueren, advocaat, assistita minn N. Mizulin u M. Peristeraki, avocats), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avocats)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ġunju 2016, Marquis Energy vs Il-Kunsill (T-277/13, mhux ippubblikata, EU:T:2016:343), hija annullata.
2)
Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Marquis Energy LLC huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Marquis Energy LLC hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kemm fil-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċedura tal-appell.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy