Kawża C-480/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Fidelity Funds et vs Skatteministeriet (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti — Restrizzjonijiet — Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) — Dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS mhux residenti — Eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS residenti — Ġustifikazzjonijiet — Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Koerenza tas-sistema fiskali — Proporzjonalità”)
C2852018MT510120180621MT00065162
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Fidelity Funds et vs Skatteministeriet
(Kawża C-480/16) ( 1 )
“(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti — Restrizzjonijiet — Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) — Dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS mhux residenti — Eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS residenti — Ġustifikazzjonijiet — Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Koerenza tas-sistema fiskali — Proporzjonalità”)”2018/C 285/06Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fidelity Funds et
Konvenut: Skatteministeriet
fil-preżenza ta’: NN (L) SICAV
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li abbażi tagħha d-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti f’dan l-Istat Membru lil impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li d-dividendi ddistribwiti lil UCITS residenti f’dan l-istess Stat Membru huma eżentati mill-ħlas ta’ tali taxxa, bil-kundizzjoni li din l-impriża tipproċedi b’distribuzzjoni minima lid-detenturi ta’ ishma tagħha, jew tikkalkola teknikament distribuzzjoni minima, u timponi taxxa fuq tali distribuzzjoni minima reali jew fittizja fuq id-detenturi ta’ ishma tagħha.
( 1 ) ĠU C 419, 14.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy