8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-481/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Obbligu ta’ informazzjoni - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Mezzi ta’ difiża - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni))
(2018/C 005/15)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u V. Karra, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE, tas-27 ta’ Marzu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C ex 13/NN) mogħtija mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A., u billi ma informatx b’mod xieraq lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri meħuda skont din id-deċiżjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 sa 5 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll tat-Trattat FUE.
2)
Ir-Repubblika Elenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.16