Kawża C-483/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 7(1) — Kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi sabiex tiġi kkontestata n-natura inġusta — Prinċipju ta’ ekwivalenza — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
C2592018MT610120180531MT00076172
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt
(Kawża C-483/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 7(1) — Kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi sabiex tiġi kkontestata n-natura inġusta — Prinċipju ta’ ekwivalenza — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)”2018/C 259/07Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zsolt Sziber
Konvenuta: ERSTE Bank Hungary Zrt
fil-preżenza ta’: Mónika Szeder
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala prinċipju, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ rikorsi ppreżentati minn konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija li jkun fihom klawżola li tistipula differenza bejn ir-rata tal-kambju applikabbli għar-rilaxx tas-self u dik applikabbli għar-rimbors tiegħu u/jew klawżola li tistipula possibbiltà ta’ emenda unilaterali li tippermetti lil min isellef iżid l-interessi, it-tariffi u l-ispejjeż, bil-kundizzjoni li l-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli inklużi f’tali kuntratt tippermetti l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni legali u fattwali li kien ikun fiha l-konsumatur fl-assenza ta’ dawn il-klawżoli abbużivi.
2)
Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika wkoll għas-sitwazzjonijiet li ma jkunux jinvolvu element transkonfinali.
( 1 ) ĠU C 419, 14.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy