26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Incyte Corporation vs Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala
(Kawża C-492/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Dritt tal-privattivi - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 18 - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1610/96 - Artikolu 17(2) - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Tul taż-żmien - Iffissar tad-data ta’ skadenza - Effetti ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Possibbiltà jew obbligu ta’ rettifika tad-data ta’ skadenza))
(2018/C 072/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Incyte Corporation
Konvenut: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, kif indikata f’applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, li abbażi tagħha l-awtorità nazzjonali kompetenti għall-ħruġ ta’ tali ċertifikat tkun ikkalkolat it-tul taż-żmien tiegħu, tkun żbaljata f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn hija tkun waslet għal metodoloġija ta’ kalkolu tat-tul taż-żmien tal-imsemmi ċertifikat mhux konformi ma’ dak li jipprovdi l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 469/2009, kif interpretat f’sentenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.
2)
L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 469/2009, moqri fid-dawl tal-premessa 17 u tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1610/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv, il-proprjetarju ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għandu, abbażi tal-imsemmi Artikolu 18, dritt għal appell sabiex jikseb ir-rettifika tat-tul taż-żmien indikat f’dan iċ-ċertifikat, sakemm dan ma jkunx skada.
(1) ĠU C 454, 5.12.2016.