19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited
(Kawża C-498/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 15 u 16 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Kunċett ta’ “konsumatur” - Trasferiment bejn konsumaturi ta’ drittijiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-istess professjonist))
(2018/C 104/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Maximilian Schrems
Konvenuta: Facebook Ireland Limited
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li utent ta’ kont Facebook privat ma jitlifx il-kwalità ta’ “konsumatur”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, meta jippubblika kotba, jagħti konferenzi, jopera siti internet, jiġbor donazzjonijiet u jaċċetta t-trasferiment tad-drittijiet ta’ diversi konsumaturi sabiex jinvokahom quddiem qorti.
2)
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-azzjoni ta’ konsumatur intiża sabiex jiġu invokati, fil-qrati tal-post fejn huwa domiċiljat, mhux biss id-drittijiet tiegħu, iżda wkoll drittijiet ittrasferiti minn konsumaturi oħra domiċiljati fl-istess Stat Membru, fi Stati Membri oħra jew fi Stati terzi.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy