8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – AZ vs Minister Finansów
(Kawża C-499/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98 - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi - Punt 1 tal-Anness III - Prodotti tal-ikel - Ikel tal-għaġina u kejkijiet - Data minima li jinżamm il-prodott jew data ta’ skadenza - Prinċipju ta’ newtralità fiskali))
(2018/C 005/16)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AZ
Konvenut: Minister Finansów
Dispożittiv
L-Artikolu 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix – sakemm il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jkun osservat, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika – leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-ikel tal-għaġina u għall-kejkijiet friski għall-kriterju uniku tad-“data minima [tagħhom] li jinżamm il-prodott” jew tad-“data ta’ skadenza” tagħhom.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.