26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Caterpillar Financial Services sp. z o.o.
(Kawża C-500/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1)(a) - Eżenzjonijiet - Taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Ostakoli għar-rimbors ta’ VAT miġbura żejda - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ kooperazzjoni leali - Drittijiet mogħtija lill-individwi - Skadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-obbligu fiskali - Effetti ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Prinċipju ta’ ċertezza legali))
(2018/C 072/30)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caterpillar Financial Services sp. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
Dispożittiv
Il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4(3) TUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tippermetti r-rifjut ta’ talba għar-rimbors ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura żejda, meta din it-talba tkun ġiet ippreżentata mill-persuna taxxabbli wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, minkejja li jirriżulta minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mogħtija wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu, li l-ħlas tal-VAT li kien s-suġġett tal-imsemmija talba għar-rimbors ma kienx dovut.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017