26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Deister Holding AG li kienet Traxx Investments N.V. (C-504/16), Juhler Holding A/S (C-613/16) vs Bundeszentralamt für Steuern
(Kawżi magħquda C-504/16 u C-613/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 1(2) - Artikolu 5 - Kumpannija omm - Holding - Taxxa f’ras il-għajn ta’ profitti mqassma lil kumpannija omm holding mhux residenti - Eżenzjoni - Evażjoni, evitar u abbuż f’materja fiskali - Preżunzjoni))
(2018/C 072/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deister Holding AG li kienet Traxx Investments N.V. (C-504/16), Juhler Holding A/S (C-613/16)
Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE tat-20 ta’ Novembru 2006, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, minn naħa waħda, u l-Artikolu 49 TFUE, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, meta ishma f’kumpannija omm mhux residenti huma miżmuma minn persuni li ma jkunux intitolati għar-rimbors jew għall-eżenzjoni minn taxxa minn ras il-għajn jekk huma direttament irċevew id-dividendi ġejjin minn sussidjarja residenti, tirrifjuta, fil-każ fejn waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni tkun issodisfatta, l-eżenzjoni tal-ħlasijiet tad-dividendi mit-taxxa fuq id-dħul kapitali lil din il-kumpannija omm.
(1) ĠU C 475, 19.12.2016