29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães – il-Portugall) – Isabel Maria Pinheiro Vieira Rodrigues de Andrade, Fausto da Silva Rodrigues de Andrade vs José Manuel Proença Salvador, Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA, Jorge Oliveira Pinto
(Kawża C-514/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Inċident li seħħ f’azjenda agrikola - Inċident li kien jinvolvi trattur agrikolu wieqaf iżda li l-magna tiegħu kienet mixgħula sabiex tħaddem pompa użata għall-bexx ta’ erbiċida))
(2018/C 032/04)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Guimarães
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Isabel Maria Pinheiro Vieira Rodrigues de Andrade, Fausto da Silva Rodrigues de Andrade
Konvenuti: José Manuel Proença Salvador, Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA, Jorge Oliveira Pinto
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni fejn trattur agrikolu kien involut f’inċident meta l-funzjoni prinċipali tiegħu, fil-mument meta seħħ dan l-inċident, ma kinitx li jservi bħala mezz ta’ trasport iżda li jiġġenera, bħala magna tax-xogħol, is-saħħa motriċi meħtieġa sabiex titħaddem il-pompa ta’ bexxiexa ta’ erbiċida.
(1) ĠU C 475, 19.12.2016