Kawża C-517/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Gdańsku – il-Polonja) – Stefan Czerwiński vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Gdańsku (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Artikolu 3 — Dikjarazzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 9 — Pensjoni ta’ tranżizzjoni — Klassifikazzjoni — Skemi legali ta’ rtirar kmieni — Esklużjoni tar-regola tal-aggregazzjoni tal-perijodi skont l-Artikolu 66)
C2592018MT710120180530MT00087171
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Gdańsku – il-Polonja) – Stefan Czerwiński vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Gdańsku
(Kawża C-517/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Artikolu 3 — Dikjarazzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 9 — Pensjoni ta’ tranżizzjoni — Klassifikazzjoni — Skemi legali ta’ rtirar kmieni — Esklużjoni tar-regola tal-aggregazzjoni tal-perijodi skont l-Artikolu 66)”2018/C 259/08Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Apelacyjny w Gdańsku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stefan Czerwiński
Konvenuta: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Gdańsku
Dispożittiv
1)
Il-klassifikazzjoni ta’ benefiċċju soċjali taħt waħda mill-fergħat ta’ sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, magħmula mill-awtorità nazzjonali kompetenti fid-dikjarazzjoni stabbilita mill-Istat Membru skont l-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament, ma hijiex ta’ natura definittiva. Il-klassifikazzjoni ta’ benefiċċju soċjali tista’ ssir mill-qorti nazzjonali kkonċernata, b’mod awtonomu u abbażi tal-elementi li jikkostitwixxu l-benefiċċju soċjali inkwistjoni, u billi ssir, jekk ikun il-każ, domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.
2)
Benefiċċju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitqies bħala “benefiċċju tax-xjuħija”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004.
( 1 ) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy