Kawża C-525/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão – il-Portugall) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade da Concorrência (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Il-punt (ċ) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE — Kunċett ta’ “żvantaġġ kompetittiv” — Prezzijiet diskriminatorji fis-suq downstream — Ġestjoni tad-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur — Royalty dovuta mill-fornituri nazzjonali ta’ servizz bi ħlas ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni u tal-kontenut tiegħu)
C2002018MT720120180419MT00087282
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão – il-Portugall) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade da Concorrência
(Kawża C-525/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Il-punt (ċ) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE — Kunċett ta’ “żvantaġġ kompetittiv” — Prezzijiet diskriminatorji fis-suq downstream — Ġestjoni tad-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur — Royalty dovuta mill-fornituri nazzjonali ta’ servizz bi ħlas ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni u tal-kontenut tiegħu)”2018/C 200/08Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA
Konvenuta: Autoridade da Concorrência
fil-preżenza ta’: Cooperativa de Gestão dos Direitos dos Artistas Intérpretes ou Executantes, CRL
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “żvantaġġ kompetittiv”, fis-sens tal-punt (ċ) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirrigwarda, fil-każ li fih impriża dominanti tapplika prezzijiet diskriminatorji fil-konfront ta’ sieħba kummerċjali fis-suq downstream, is-sitwazzjoni li fiha dan l-aġir jista’ jkollu bħala effett tiegħu, distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn dawn is-sieħba kummerċjali. Il-konstatazzjoni ta’ tali “żvantaġġ kompetittiv” ma tirrikjedix prova ta’ deterjorament effettiv u kwantifikabbli tal-pożizzjoni kompetittiva, iżda għandha tkun ibbażata fuq analiżi taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ li jippermettu li jiġi konkluż li l-imsemmi aġir għandu influwenza fuq l-ispejjeż, fuq il-benefiċċji, jew fuq interess rilevanti ieħor ta’ wieħed jew iktar mill-imsemmija sieħba, b’tali mod li dan l-aġir ikun ta’ natura li jaffettwa l-imsemmija pożizzjoni.
( 1 ) ĠU C 14, 16.01.2017.
Full & Egal Universal Law Academy