Kawża C-526/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2011/92/KE — Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ tħaffir ta’ tfittixija jew ta’ riċerka tal-gass shale — Tħaffir fil-fond — Kriterji ta’ selezzjoni — Determinazzjoni tal-limiti)
C2592018MT720120180531MT00097282
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-526/16) ( 1 )
“(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2011/92/KE — Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ tħaffir ta’ tfittixija jew ta’ riċerka tal-gass shale — Tħaffir fil-fond — Kriterji ta’ selezzjoni — Determinazzjoni tal-limiti)”2018/C 259/09Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung, D. Milanowska u C. Zadra, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, D. Krawczyk, M. Orion Jędrysek, H. Schwarz u K. Majcher, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika tal-Polonja, billi eskludiet il-proġetti ta’ tfittxija jew ta’ riċerka ta’ depożiti minerali tal-gass shale permezz ta’ tħaffir sa fond ta’ 5000 metru mill-proċedura ta’ eżami tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, bl-eċċezzjoni tat-tħaffir ta’ fond iktar minn 1000 metru f’żoni ta’ estrazzjoni tal-ilma, fiż-żoni protetti ta’ ilmijiet interni u f’żoni ta’ protezzjoni ambjentali, bħall-parks nazzjonali, ir-riżervi tan-natura, il-parks naturali pajsaġġi u ż-żoni “Natura 2000” kif ukoll fiż-żoni ta’ madwarhom, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2) u (3), kif ukoll l-Annessi II u III tad-Direttiva 2011/92 tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 14, 16.01.2017
Full & Egal Universal Law Academy