26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH vs Hauptzollamt München
(Kawża C-529/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Kodiċi Doganali - Artikolu 29 - Determinazzjoni tal-valur doganali - Tranżazzjonijiet transkonfinali bejn kumpanniji relatati - Ftehim bil-quddiem dwar prezzijiet ta’ trasferiment - Prezz ta’ trasferiment miftiehem li jikkonsisti minn ammont inizjalment fatturat u korrezzjoni b’rata fissa magħmula wara t-tmiem tal-perijodu tal-fatturazzjoni))
(2018/C 072/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH
Konvenut: Hauptzollamt München
Dispożittiv
L-Artikoli 28 sa 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux li jitqies, bħala valur għal skopijiet doganali, valur ta’ tranżazzjoni miftiehem li jikkonsisti, parzjalment, minn ammont inizjalment iffatturat u ddikjarat u, parzjalment, minn aġġustament b’rata fissa li jsir wara t-tmiem tal-perijodu ta’ fatturazzjoni, mingħajr ma jkun possibbli li jkun magħruf jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ fatturazzjoni, dan l-aġġustament ikunx sar 'il fuq jew 'l isfel.
(1) ĠU C 30, 30.01.2017