Kawża C-530/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sigurtà ferrovjarja — Direttiva 2004/49/KE — Assenza ta’ adozzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżguraw l-indipendenza tal-entità investigattiva”
C2762018MT220120180613MT00032232
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-530/16) ( 1 )
““Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sigurtà ferrovjarja — Direttiva 2004/49/KE — Assenza ta’ adozzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżguraw l-indipendenza tal-entità investigattiva””2018/C 276/03Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u J. Hottiaux, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u K. Majcher, aġenti, assistiti minn T. Warchoł, ekspert)
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex tiggarantixxi l-indipendenza organizzattiva u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-entità investigattiva fir-rigward tal-impriża tal-linji tal-ferrovija u l-manager tal-infrastruttura kkontrollati mill-Ministru għat-Trasport, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Direttiva dwar is-Sigurtà Ferrovjarja).
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 14, 16.1.2017
Full & Egal Universal Law Academy