Kawża C-531/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Šiaulių regiono atliekų tvarkymo centras, “Ecoservice projektai” UAB, li kienet “Specializuotas transportas” UAB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Eżistenza ta’ rabta bejn offerenti li ssottomettew offerti distinti għall-istess kuntratt — Obbligi tal-offerenti, tal-awtorità kontraenti u tal-qorti nazzjonali)
C2402018MT320120180517MT00043242
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Šiaulių regiono atliekų tvarkymo centras, “Ecoservice projektai” UAB, li kienet “Specializuotas transportas” UAB
(Kawża C-531/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Eżistenza ta’ rabta bejn offerenti li ssottomettew offerti distinti għall-istess kuntratt — Obbligi tal-offerenti, tal-awtorità kontraenti u tal-qorti nazzjonali)”2018/C 240/04Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Šiaulių regiono atliekų tvarkymo centras, “Ecoservice projektai” UAB, li kienet “Specializuotas transportas” UAB
fil-preżenza ta’:“VSA Vilnius” UAB, “Švarinta” UAB, “Specialus autotransportas” UAB, “Ecoservice” UAB
Dispożittiv
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
fl-assenza ta’ dispożizzjoni legali espressa jew ta’ kundizzjoni speċifika fis-sejħa għal offerti jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, offerenti li hemm rabta bejniethom u li jissottomettu offerti separati fl-istess proċedura, ma humiex obbligati jiddikjaraw, minn jeddhom, ir-rabta tagħhom lill-awtorità kontraenti;
—
meta l-awtorità kontraenti jkollha informazzjoni li toħloq dubji dwar in-natura awtonoma u indipendenti tal-offerti ppreżentati minn ċerti offerenti, hija tkun obbligata tivverifika, jekk ikun il-każ billi teżiġi informazzjoni addizzjonali mingħand dawn l-offerenti, jekk l-offerti tagħhom humiex effettivament awtonomi u indipendenti. Jekk jirriżulta li dawn l-offerti ma humiex awtonomi u indipendenti, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 jipprekludi l-għoti tal-kuntratt lill-offerenti li jkunu ssottomettew tali offerta.
( 1 ) ĠU C 6, 9.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy