10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Spika” UAB, “Senoji Baltija” AB, “Stekutis” UAB, “Prekybos namai Aistra” UAB vs Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos
(Kawża C-540/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni tas-sajd - Regolament (UE) Nru 1380/2013 - Artikolu 16(6) u Artikolu 17 - Allokazzjoni tal-opportunitajiet ta’ sajd - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi metodu bbażat fuq kriterji oġġettivi u trasparenti - Kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni mhux ugwali bejn l-operaturi tas-settur - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 16 u 20 - Libertà ta’ intrapriża - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità))
(2018/C 319/03)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Spika” UAB, “Senoji Baltija” AB, “Stekutis” UAB, “Prekybos namai Aistra” UAB
Konvenut: Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos
fil-preżenza ta’: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija, “Sedija” BUAB, V. Malinausko gamybinė-komercinė firma “Stilma”, “Starkis” UAB, “Banginis” UAB “Baltijos šprotai” UAB, “Monistico” UAB, “Ramsun” UAB, “Rikneda” UAB, “Laivitė” AB, “Baltijos jūra” UAB, “Baltlanta” UAB, “Grinvita” UAB, “Strimelė” UAB, “Baltijos žuvys” BUAB
Dispożittiv
L-Artikolu 16(6), u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE, kif ukoll l-Artikoli 16 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha dan jadotta metodu ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet ta’ sajd li, filwaqt li jkun ibbażat fuq kriterju ta’ allokazzjoni trasparenti u oġġettiv, jista’ jikkawża trattament mhux ugwali bejn l-operaturi li għandhom bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera tiegħu, sakemm l-imsemmi metodu jfittex li jilħaq wieħed jew iktar mill-interessi ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea u josserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) ĠU C 6, 9.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy