Kawża C-542/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag, vs Dödsboet efter Ingvar Mattsson, Jan-Erik Strobel et vs Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2002/92/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” — Direttiva 2004/39/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “parir dwar l-investiment” — Pariri mogħtija waqt il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u li jikkonċernaw investiment ta’ kapital fil-kuntest ta’ assigurazzjoni tal-ħajja fuq il-kapital — Klassifikazzjoni tal-attività ta’ intermedjarju ta’ assigurazzjoni fl-assenza tal-intenzjoni tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni effettiv)
C2592018MT810120180531MT00108192
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag, vs Dödsboet efter Ingvar Mattsson, Jan-Erik Strobel et vs Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag
(Kawża C-542/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2002/92/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” — Direttiva 2004/39/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “parir dwar l-investiment” — Pariri mogħtija waqt il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u li jikkonċernaw investiment ta’ kapital fil-kuntest ta’ assigurazzjoni tal-ħajja fuq il-kapital — Klassifikazzjoni tal-attività ta’ intermedjarju ta’ assigurazzjoni fl-assenza tal-intenzjoni tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni effettiv)”2018/C 259/10Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag, Jan-Erik Strobel, Mona Strobel, Margareta Nilsson, Per Nilsson, Kent Danås, Dödsboet efter Tommy Jönsson, Stefan Pramryd, Stefan Ingemansson, Lars Persson, Magnus Persson, Anne-Charlotte Wickström, Peter Nilsson, Ingela Landau, Thomas Landau, Britt-Inger Ruth Romare, Gertrud Andersson, Eva Andersson, Rolf Andersson, Lisa Bergström, Bo Sörensson, Christina Sörensson, Kaj Wirenkook, Lena Bergquist Johansson, Agneta Danås, Hans Eriksson, Christina Forsberg, Christina Danielsson, Per-Olof Danielsson, Ann-Christin Jönsson, Åke Jönsson, Stefan Lindgren, Daniel Röme, Ulla Nilsson, Dödsboet efter Leif Göran Erik Nilsson
Konvenuti: Dödsboet efter Ingvar Mattsson, Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag
Dispożittiv
1)
Il-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” it-twettiq ta’ xogħlijiet preparatorji għall-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, anki fl-assenza tal-intenzjoni tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni kkonċernat li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni effettiv.
2)
Il-pariri finanzjarji marbuta mal-investiment ta’ kapital mogħtija fil-kuntest ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni dwar il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja fuq il-kapital jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/92 u mhux taħt dak tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE.
( 1 ) ĠU C 14, 16.01.2017
Full & Egal Universal Law Academy