Kawża C-543/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/676/KEE — Artikolu 5(5) u (7) — Punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II — Punti 1 sa 3 tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 tal-Anness III — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Insuffiċjenza tal-miżuri fis-seħħ — Miżuri addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa — Reviżjoni tal-programm ta’ azzjoni — Limitazzjoni tal-applikazzjoni — Fertilizzazzjoni bbilanċjata — Perijodi ta’ applikazzjoni — Kapaċità tal-kontenituri tal-ħażna tad-demel — Applikazzjoni fuq l-artijiet b’xaqliba wieqfa u fuq uċuħ iffriżati jew koperti bil-borra)
C2852018MT610120180621MT00076161
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-543/16) ( 1 )
“(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/676/KEE — Artikolu 5(5) u (7) — Punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II — Punti 1 sa 3 tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 tal-Anness III — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Insuffiċjenza tal-miżuri fis-seħħ — Miżuri addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa — Reviżjoni tal-programm ta’ azzjoni — Limitazzjoni tal-applikazzjoni — Fertilizzazzjoni bbilanċjata — Perijodi ta’ applikazzjoni — Kapaċità tal-kontenituri tal-ħażna tad-demel — Applikazzjoni fuq l-artijiet b’xaqliba wieqfa u fuq uċuħ iffriżati jew koperti bil-borra)”2018/C 285/07Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u M. Wolff, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx miżuri addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa sa minn meta deher li l-miżuri tal-programm ta’ azzjoni Ġermaniż kienu insuffiċjenti u billi ma rrevedietx dan il-programm ta’ azzjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(5) u (7) tad-Direttiva tal-kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, kif emendata bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1137/2008, tat-22 ta’ Ottubru 2008, moqri flimkien mal-punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II kif ukoll mal-punti 1 sa 3 tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 tal-Anness III ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 6, 9.01.2017
Full & Egal Universal Law Academy