12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi – Spanja) – Montte SL vs Musikene
(Kawża C-546/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kwalità ta’ qorti tal-korp ta’ rinviju - Direttiva 2014/24/UE - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Proċedura miftuħa - Kriterji ta’ għoti - Evalwazzjoni teknika - Limitu minimu ta’ punti - Evalwazzjoni bbażata fuq il-prezz))
(2018/C 408/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Montte SL
Konvenuta: Musikene
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lill-awtoritajiet kontraenti l-jedd li jimponu, fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ għoti ta’ kuntratt skont proċedura miftuħa, rekwiżiti minimi fir-rigward tal-evalwazzjoni teknika, b’tali mod li l-offerti sottomessi li ma jiksbux limitu minimu ta’ punti predeterminat fi tmiem din l-evalwazzjoni jiġu esklużi mill-evalwazzjoni ulterjuri bbażata kemm fuq kriterji tekniċi kif ukoll fuq il-prezz.
2)
L-Artikolu 66 tad-Direttiva 2014/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lill-awtoritajiet kontraenti l-jedd li jimponu, fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ għoti ta’ kuntratt skont proċedura miftuħa, rekwiżiti minimi fir-rigward tal-evalwazzjoni teknika, b’tali mod li l-offerti sottomessi li ma jiksbux limitu minimu ta’ punti predeterminat fi tmiem din l-evalwazzjoni jiġu esklużi mill-fażijiet suċċessivi tal-għoti tal-kuntratt, u dan, indipendentement min-numru ta’ offerenti li jkun fadal.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017
Full & Egal Universal Law Academy