22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Gasorba SL, Josefa Rico Gil, Antonio Ferrándiz González vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA
(Kawża C-547/16) (1)
((Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Ftehim bejn impriżi - Relazzjonijiet kummerċjali bejn operaturi ta’ pompi tal-petrol u kumpanniji taż-żejt u l-gass - Ftehim ta’ xiri esklużiv ta’ karburanti għal perijodu twil - Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni Ewropea tiddikjara vinkolanti l-impenji ta’ impriża - Portata tan-natura vinkolanti ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-impenji fir-rigward tal-qrati nazzjonali - Artikolu 9(1) u Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003))
(2018/C 022/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gasorba SL, Josefa Rico Gil, Antonio Ferrándiz González
Konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA
Dispożittiv
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101] u [102 TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni dwar l-impenji adottata mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti ftehimiet bejn impriżi, skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, ma tipprekludix lill-qrati nazzjonali milli jeżaminaw il-konformità tal-imsemmija ftehimiet mar-regoli tal-kompetizzjoni u jikkonstataw, fejn xieraq, l-annullament ta’ dawn tal-aħħar skont l-Artikolu 101(2) TFUE.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017