Kawża C-550/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A, S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) — Kunċett ta’ “minuri mhux akkumpanjat” — Artikolu 10(3)(a) — Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu — Refuġjat taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, iżda maġġorenni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħtih l-ażil u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja — Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ “minuri” tal-persuna kkonċernata)
C2002018MT920120180412MT001192102
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A, S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-550/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) — Kunċett ta’ “minuri mhux akkumpanjat” — Artikolu 10(3)(a) — Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu — Refuġjat taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, iżda maġġorenni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħtih l-ażil u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja — Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ “minuri” tal-persuna kkonċernata)”2018/C 200/11Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A, S
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Dispożittiv
Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqrija flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jingħata l-istatus ta’ “minuri”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li kienet taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħha għall-ażil f’dan l-Istat, iżda li, matul il-proċedura ta’ ażil, issir maġġorenni u, sussegwentement, jiġi rrikonoxxut l-istatus tagħha ta’ refuġjat.
( 1 ) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy