17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “TTL” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia
(Kawża C-553/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi - Tassazzjoni tal-kumpanniji - Ħlasijiet imwettqa minn kumpannija residenti lil kumpanniji mhux residenti għall-kiri ta’ vaguni b’tank - Obbligu li tinġabar taxxa f’ras il-għajn fuq id-dħul irċevut minn sorsi nazzjonali ttrasferit lil kumpannija barranija - Nuqqas ta’ osservanza - Ftehimiet dwar ħelsien minn taxxa doppja - Ġbir ta’ interess moratorji mill-kumpannija resident minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn - Interessi dovuti mill-iskadenza tat-terminu legali ta’ ħlas sal-jum fejn il-provi tal-applikabbiltà tal-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja jiġu ssodisfatti - Interessi li jistgħu jiġu rkuprati))
(2018/C 328/06)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“TTL” EOOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia
Fil-preżenza ta’: Varhovna administrativna prokuratura
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha t-trasferiment ta’ dħul minn kumpannija residenti lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor huwa, bħala prinċipju, suġġett għal taxxa f’ras il-għajn, sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor fil-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż bejn dawn iż-żewġ Stat Membri, jekk din il-leġiżlazzjoni timponi fuq il-kumpannija residenti li la tiġbor u lanqas ma tħallas din it-taxxa lill-awtorità fiskali tal-ewwel Stat Membru, il-ħlas ta’ interessi moratorji li ma jistgħux jiġu rkuprati għall-perijodu inkluż bejn l-iskadenza tat-terminu ta’ ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u d-data li fiha l-kumpannija mhux residenti tipprova li l-kundizzjonijiet li jippermettu l-applikazzjoni tal-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja huma ssodisfatti, filwaqt li, konformement ma’ dan il-ftehim, il-kumpannija mhux residenti ma hija suġġetta għal ebda taxxa fl-ewwel Stat Membru jew meta l-ammont ta’ din it-taxxa jkun inqas minn dak normalment dovut taħt id-dritt fiskali Bulgaru.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy