Kawża C-554/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Sostenn favur bdiewa — Primjums għall-baqar li jreddgħu — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 — Trażmissjoni ta’ informazzjoni — Deċiżjoni 2001/672/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/300/UE — Moviment tal-annimali tal-ifrat fil-mergħat tas-sajf fil-muntanja — Artikolu 2(4) — Terminu ta’ notifika tal-moviment — Kalkolu — Notifiki tardivi — Ammissibbiltà għall-benefiċċju tal-ħlas tal-primjums — Kundizzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tat-terminu ta’ spedizzjoni”)
C2682018MT410120180607MT00044141
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
(Kawża C-554/16) ( 1 )
“(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Sostenn favur bdiewa — Primjums għall-baqar li jreddgħu — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 — Trażmissjoni ta’ informazzjoni — Deċiżjoni 2001/672/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/300/UE — Moviment tal-annimali tal-ifrat fil-mergħat tas-sajf fil-muntanja — Artikolu 2(4) — Terminu ta’ notifika tal-moviment — Kalkolu — Notifiki tardivi — Ammissibbiltà għall-benefiċċju tal-ħlas tal-primjums — Kundizzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tat-terminu ta’ spedizzjoni”)”2018/C 268/04Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EP Agrarhandel GmbH
Konvenut: Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
Dispożittiv
L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE tal-20 ta’ Awwissu 2001 li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE tal-25 ta’ Mejju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu ta’ notifika tal-movimenti b’destinazzjoni lejn mergħat tas-sajf, id-data ta’ riċezzjoni tan-notifika titqies bħala dik determinanti.
( 1 ) ĠU C 46, 13.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy