11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/12
Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Id–Disa’Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Finanzgericht Hamburg – il–Ġermanja) – Lutz GmbH vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-556/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi tariffarji - Subintestatura 6212 20 00 (Ċinet ta’ qliezet ta’ taħt) - Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda - Noti ta’ spjega tas-sistema armonizzata))
(2017/C 424/16)
Lingwa tal-kawża: il–Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lutz GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hannover
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li qalziet ta’ taħt ikkaratterizzat minn elastiċità ristretta fis-sens orizzontali, li madankollu ma jinkludix elementi mhux elastiċi f’dan is-sens, jista’ jiġi kklassifikat fis-subintestatura 6212 20 00 tan-Nomenklatura Magħquda jekk eżami tiegħu juri li dan għandu elastiċità orizzontali kunsiderevolment ristretta sabiex jappoġġja l-ġisem uman bl-għan li joħloq effett ta’ siluwett irqaq.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.