23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – kawża mressqa minn Doris Margret Lisette Mahnkopf
(Kawża C-558/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Suċċessjonijiet u ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni - Kamp ta’ applikazzjoni - Possibbiltà li jiġi indikat is-sehem tal-konjuġi superstiti fiċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni))
(2018/C 142/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Kammergericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Doris Margret Lisette Mahnkopf
Konvenut: Sven Mahnkopf
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, meta jmut wieħed mill-konjuġi, diviżjoni fissa tal-akkwisti bl-inkrementazzjoni tas-sehem tas-suċċessjoni tal-konjuġi superstiti taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 30, 30.1.2017
Full & Egal Universal Law Academy