6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Birgit Bossen, Anja Bossen, Gudula Gräßmann vs Brussels Airlines SA/NV
(Kawża C-559/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 7(1) - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Titjira li saret f’diversi segmenti - Kunċett ta’ “distanza” li għandu jittieħed inkunsiderazzzjoni))
(2017/C 374/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Birgit Bossen, Anja Bossen, Gudula Gräßmann
Konvenuta: Brussels Airlines SA/NV
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jkopri, fil-każ tar-rabtiet tal-ajru mat-titjiriet konnessi direttament, hija biss id-distanza bejn il-post tal-ewwel tluq u d-destinazzjoni finali, li għandha tiġi kkalkolata skont il-metodu tal-great circle route, u dan tkun xi tkun id-distanza tat-titjira attwalment ivvjaġġata.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.