Kawża C-565/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eirinodikeio Lerou Leros – il-Greċja) – proċedura mressqa minn Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Artikolu 12(3)(b) — Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni — Kundizzjonijiet)
C2002018MT1010120180419MT0012101112
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eirinodikeio Lerou Leros – il-Greċja) – proċedura mressqa minn Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina
(Kawża C-565/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Artikolu 12(3)(b) — Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni — Kundizzjonijiet)”2018/C 200/12Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Eirinodikeio Lerou Leros
Partijiet fil-kawża prinċipali
Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina
Dispożittiv
F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn il-ġenituri ta’ wild minuri, li jirrisjedu b’mod abitwali ma’ dan tal-aħħar fi Stat Membru, ippreżentaw f’isem dan il-minuri talba għall-awtorizzazzjoni għar-rinunzja ta’ wirt quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
il-preżentata konġunta tal-ġenituri tal-minuri quddiem il-qorti magħżula minnhom tikkostitwixxi aċċettazzjoni mhux ekwivoka ta’ din il-qorti minnhom;
—
prosekutur li, skont id-dritt nazzjonali, huwa legalment parti fil-proċedura mibdija mill-ġenituri, huwa parti fil-proċedura, fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003. L-oppożizzjoni magħmula minn din il-parti fir-rigward tal-għażla tal-qorti magħmula mill-ġenituri tal-minuri wara d-data li fiha tkun ġiet adita l-qorti, tipprekludi l-aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni għall-partijiet kollha fil-proċedura f’din id-data. Fl-assenza ta’ tali oppożizzjoni, il-qbil ta’ din il-parti jista’ jitqies li huwa impliċitu u l-kundizzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b’mod inekwivoku mill-partijiet kollha fil-proċedura fid-data li fiha tkun adita l-qorti, tista’ titqies li hija ssodisfatta, u
—
il-fatt li r-residenza tal-mejjet fid-data tal-mewt tiegħu, il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, u l-passiv tas-suċċessjoni kienu jinsabu fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti magħżula jippermetti, fl-assenza ta’ provi li juru li l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni jista’ jkollha impatt detrimentali għas-sitwazzjoni tal-minuri, li jitqies li tali estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-aħjar interess tal-minuri.
( 1 ) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy