Kawża C-566/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nyíregyházi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Dávid Vámos vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 282 sa 292 — Skema speċjali għal impriżi żgħar — Skema ta’ eżenzjonijiet — Obbligu li tingħażel l-applikazzjoni tal-iskema speċjali matul is-sena kalendarja ta’ riferiment)
C2402018MT410120180517MT00054141
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nyíregyházi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Dávid Vámos vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-566/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 282 sa 292 — Skema speċjali għal impriżi żgħar — Skema ta’ eżenzjonijiet — Obbligu li tingħażel l-applikazzjoni tal-iskema speċjali matul is-sena kalendarja ta’ riferiment)”2018/C 240/05Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Nyíregyházi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dávid Vámos
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-applikazzjoni ta’ skema speċjali ta’ ntaxxar tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tipprevedi eżenzjoni għall-impriżi żgħar – adottata konformement għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – fir-rigward ta’ persuna taxxabbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi kollha iżda li ma eżerċitatx il-possibbiltà li tagħżel l-applikazzjoni ta’ din l-iskema fl-istess ħin li ddikjarat il-bidu tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha lill-awtoritajiet tat-taxxa.
( 1 ) ĠU C 104, 03.04.2017.
Full & Egal Universal Law Academy