14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürtingen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Faiz Rasool
(Kawża C-568/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi ta’ ħlas - Direttiva 2007/64/KE - Artikolu 3(e) u (o) - Il-punt 3 tal-Artikolu 4 - Anness - Punt 2 - Kamp ta’ applikazzjoni - Operat ta’ distributuri multifunzjonali li jippermettu l-irtirar ta’ flus kontanti fis-swali tal-logħob tal-ażżard - Koerenza tal-prattika repressiva tal-awtoritajiet nazzjonali - Konfiska tas-somom miksuba permezz ta’ attività illegali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 17))
(2018/C 166/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Nürtingen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Faiz Rasool
Fil-preżenza ta’: Rasool Entertainment GmbH
Dispożittiv
Il-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Anness tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ rtirar ta’ flus kontanti, offrut minn operatur ta’ swali tal-logħob lill-klijenti tiegħu permezz ta’ distributuri multifunzjonali installati fl-imsemmija swali, ma jikkostitwixxix “servizz ta’ ħlas”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta l-operatur ma jwettaq l-ebda tranżazzjoni fuq il-kontijiet ta’ ħlas tal-imsemmija klijenti u meta l-attivitajiet li huwa jeżerċita f’dan ir-rigward huma limitati għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn id-distributuri kif ukoll għall-provvista tagħhom bil-flus kontanti.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017
Full & Egal Universal Law Academy