16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – INEOS Köln GmbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-572/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Deċiżjoni 2011/278/UE - Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjoni mingħajr ħlas - Perijodu 2013-2020 - Talba għal allokazzjoni - Data żbaljata - Korrezzjoni - Terminu ta’ dekadenza))
(2018/C 134/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: INEOS Köln GmbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
L-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/29/KE tat-23 ta’ April 2009, kif ukoll d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, għat-tressiq ta’ talba għal allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni mingħajr ħlas fir-rigward tal-perijodu 2013-2020, terminu ta’ dekadenza li meta jiskadi, l-applikant huwa mċaħħad minn kull possibbiltà li jikkoreġi jew jikkompleta t-talba tiegħu, peress li dan it-terminu ma huwiex ta’ natura li jrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli t-tressiq ta’ tali talba.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy