14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-575/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ nazzjonalità - Artikolu 51 TFUE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika))
(2018/C 166/18)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u K. Walkerová, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller, J. Vláčil u A. Kasalická, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi imponiet kundizzjoni ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE.
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy