23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-577/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gass serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(1) - Anness I - Attivitajiet suġġetti għas-sistema ta’ skambju - Produzzjoni ta’ polimeri - Użu ta’ sħana fornuta minn installazzjoni terza - Talba għal allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas - Perijodu 2013-2020))
(2018/C 142/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH
Konvenut: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 għandha tiġi interpretata fis-sens li installazzjoni tal-produzzjoni ta’ polimeri, b’mod partikolari ta’ polikarbonat, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tixtri s-sħana neċessarja għall-finijiet ta’ din il-produzzjoni mingħand installazzjoni terza, ma taqax taħt is-sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gass serra stabbilita minn din id-direttiva, peress li ma tiġġenerax emissjonijiet diretti ta’ CO2.
(1) ĠU C 63, 27.02.2017
Full & Egal Universal Law Academy