Kawża C-580/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Firma Hans Bühler KG vs Finanzamt de Graz-Stadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Post tal-akkwist intra-Komunitarju — Artikolu 42 — Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata sussegwentement — Artikolu 141 — Eżenzjoni — Operazzjoni triangolari — Miżuri ta’ semplifikazzjoni — Artikolu 265 — Rettifika tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva)
C2002018MT1110120180419MT0013111111
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Firma Hans Bühler KG vs Finanzamt de Graz-Stadt
(Kawża C-580/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Post tal-akkwist intra-Komunitarju — Artikolu 42 — Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata sussegwentement — Artikolu 141 — Eżenzjoni — Operazzjoni triangolari — Miżuri ta’ semplifikazzjoni — Artikolu 265 — Rettifika tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva)”2018/C 200/13Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Firma Hans Bühler KG
Konvenut: Finanzamt de Graz-Stadt
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li dan jipprevedi hija ssodisfatta meta l-persuna taxxabbli hija stabbilita u identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fl-Istat Membru li minnu l-merkanzija hija mibgħuta jew ittrasportata, iżda din il-persuna taxxabbli tuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor għall-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni.
2)
L-Artikoli 42 u 265 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, moqrija flimkien mal-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għar-raġuni biss li, fil-kuntest ta’ akkwist intra-Komunitarju, imwettaq għall-finijiet ta’ kunsinna sussegwenti fit-territorju ta’ Stat Membru, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva, imsemmija fl-Artikolu 265 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, ma saritx f’waqtha mill-persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) f’dan l-Istat Membru.
( 1 ) ĠU C 78, 13.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy