28.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 35/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novemrbu 2018 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-600/16 P) (1)
((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Annullament ta’ elenkar mill-Qorti Ġenerali - Elenkar mill-ġdid - Provi li d-data tagħhom hija preċedenti għad-data tal-ewwel elenkar - Fatti magħrufa qabel l-ewwel elenkar - Awtorità ta’ res judicata - Portata - Ċertezza legali - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Raġuni ta’ elenkar relatata mal-appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran - Portata - Attività ta’ trasport taż-żejt mhux maħdum))
(2019/C 35/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: National Iranian Tanker Company (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester, QC, M. J. Pobjoy, barrister u R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, solicitors)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
National Iranian Tanker Company hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 30, 30.01.2017.
Full & Egal Universal Law Academy