12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — C & J Clark International Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-612/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Antidumping - Interpretazzjoni u validità ta’ regolamenti li jimponu mill-ġdid dazji antidumping wara l-għoti, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ sentenza li tiddikjara invalidità - Bażi legali - Nuqqas ta’ retroattività - Preskrizzjoni)
(2019/C 270/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C & J Clark International Ltd
Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Dispożittiv
1)
L-eżami tad-domandi dwar il-validità magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta’ Awwissu 2016 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u lanqas dik tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta’ Settembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14.
2)
Il-preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 221(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000 tapplika għall-ġbir tad-dazji antidumping stabbiliti mir-Regolamenti ta’ Implimentazzzjoni msemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy