14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – Sebastian W. Kreuziger vs Land Berlin
(Kawża C-619/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf ta’ leave annwali mhux meħud u tal-kumpens finanzjarju għal tali leave, meta ma tkunx saret talba għal leave mill-ħaddiem qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg))
(2019/C 16/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sebastian W. Kreuziger
Konvenut: Land Berlin
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din timplika li, jekk il-ħaddiem ma jkunx talab li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg, il-persuna kkonċernata, awtomatikament u mingħajr verifika minn qabel dwar jekk din kinitx effettivament imqiegħda f’din il-pożizzjoni minn min impjegaha, b’mod partikolari b’informazzjoni adegwata min-naħa ta’ dan tal-aħħar, titlef id-dritt tagħha għal-leave qabel l-imsemmi tmiem, il-ġranet ta’ leave annwali mħallas li għalihom kienet intitolata bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni fil-mument ta’ dan it-tmiem, kif ukoll, korrelattivament, id-dritt tagħha għal kumpens finanzjarju għal dan il-leave annwali mħallas mhux meħud.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy