3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-620/16) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Deċiżjoni 2014/699/UE - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Artikolu 4(3) TUE - Ammissibbiltà - Effetti tal-aġir allegat fid-data ta’ skadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata - Effetti kontinwi fuq l-unità u l-koerenza tal-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni Ewropea - Suffiċjenza tal-miżuri adottati mill-Istat Membru kkonċernat sabiex jikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata - Vot mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kontra l-pożizzjoni tal-Unjoni ddefinita fid-Deċiżjoni 2014/699/UE fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) u oppożizzjoni espressa mill-imsemmi Stat Membru kontra din il-pożizzjoni u kontra l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-drittijiet ta’ vot hekk kif iddefiniti f’din id-deċiżjoni)
(2019/C 187/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, L. Havas, J. Hottiaux u J. Norris-Usher, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Liudvinaviciute-Cordeiro u J.-P. Hix, aġenti)
Dispożittiv
1)
Peress li, waqt il-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF), ivvutat kontra l-pożizzjoni ddefinita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/699/UE tal-24 ta’ Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u fl-Appendiċijiet tagħha, u peress li ddikjarat pubblikament l-oppożizzjoni tagħha kemm għall-imsemmija pożizzjoni kif ukoll għall-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-drittijiet ta’ vot previsti fiha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni u tal-Artikolu 4(3) TUE.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018
Full & Egal Universal Law Academy